FSE/Numru 48 Insaħħu l-Integrazzjoni tal-Prinċipju ta’ l-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’Livell Nazzjonali

L-għan tal-proġett FSE/Nru. 48 – ‘Nisħqu l-Intergrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ġeneru fil-Livell Nazzjonali’ huwa li jħeġġeġ lin-nisa biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, sabiex b’hekk jiżdied ukoll in-numru ta` nisa li jaħdmu f`Malta, u kif ukoll titjieb il-kwalita` tal-impjiegi. Dan il-proġett jindirizza d-diskriminazzjoni diretta u indiretta, u joħloq għarfien dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-setturi kollha. Dan il-proġett huwa kontinwazzjoni tal-proġett FSE/Nru. 23 – ‘L-Integrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza – Inħarsu `l Quddiem’. Il-proġett jibni fuq il-kunċett tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi. ‘Nisħqu l-Intergrazzjoni tal-Prinċipju tal-Ġeneru fil-Livell Nazzjonali’għandu l-għan li jsostni dan il-prinċipju fis-settur pubbliku u dak privat.
Fondi – Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja u ko-finanzjat mill-Gvern ta’ Malta. 75% tal-fondi ġejjin mill-Programm ta’ Fondi Strutturali għall-Malta 2004-2006 u 25% huwa finanzjat mill-Gvern Ta’ Malta.
Għanijiet/Oġġettivi
Dan il-proġett jiffoka biex jawmenta l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd u jassisti biex tinkiseb l-ugwaljanza tal-ġeneru. Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi diretturi, ‘policy makers’, manigers tar-riżorsi umani u korpi ta’ l-ugwaljanza bil-forza biex jaġġornaw il-mod ta’ tmexxija tagħhom u prattiċi biex jintlahqu l-obbligazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropeja u Malta fl-implimentazzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.
‘L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn isnizzazzjoni, titjib, żżżviluppar u -sessi ġiet definita bħala ‘ir-(ri)orgaevalwazzjoni ta’ policy processes, u dan sabiex l-ugwaljanza tal-ġeneru tiġi inkorporata f’kull policy , f’kull livell u f’kull stadju minn nies li huma normalment involuti f’ policy-making.’
L-istrateġija għall-integrazzjoni tal-ġeneru mhijiex immirata biex tbiddel lin-nisa u l-irġiel, imma pjuttost biex taċċetta is-sitwazzjonijiet differenti tagħhom, il-prijoritajiet u n-necessitajiet tagħhom li għandhom l-istess importanza għaz-żewġ ġeneri. Dan huwa l-punt ta’ tluq għal titjieb f’organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet biex ikunu ugwali fil-ġeneru.
Dan il-proġett ser itejjeb il-proċess ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ taħriġ fi gruppi lil persuni responsabbli għall-implementazzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li l-poplu in ġenerali jiġi mgħarraf fuq is-suġġett bl-għan li jsiru iktar konxji dwar diskriminazzjoni diretta u indiretta.
Minn barra dan, dan il-proġett huwa ntiż biex jinforma lil min iħaddem fis-settur privat permezz ta’ materjal li ser jiġi mqassam biex jitnaqqsu d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fid-dinja tax-xogħol . Dan it-taħriġ huwa immirat għad-diretturi, policy makers, manigers tar-risorsi umani, korpi ta’ l-ugwaljanza u l-pubbliku in ġenerali.