NCPE Logo Heading
Separator Homepage Separator About the Project Separator Publications Separator Contact Separator Maltese English Separator
 
X’inhi l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi tagħmel parti mid-Drittijiet tal-Bniedem li jgawdi kull individwu

X’inhi l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

Għaliex bħala dak li nħaddem/direttur, għandi ndaħħal l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-Integrazzjoni tal-Prinċipju ta’ l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Prattika.

Minn fejn nista’ nikseb għajnuna u informazzjoni?

Complaint
Policy

Ġabra ta’ Informazzjoni Għall-Kumpaniji

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

X’inhi l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-ugwaljanza bejn is-sessi tirreferi għal dak l-istadju li fih id-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-opportunitajiet m’humiex determinati mill-fatt jekk wieħed jitwellidx raġel jew mara.

L-ugwaljanza bejn is-sessi timplika li kulħadd ikollu aċċess indaqs għall-opportunitajiet irrispettivament mis-sess tal-persuna filwaqt li tiffoka fuq il-ħiliet ta' l-individwu. 

Filwaqt li s-sess ta’ raġel jew ta’ mara huwa determinat bijoloġikament, hija s-socjetà li ssawwar ir-rwol tagħhom bħala raġel u mara. 

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi tagħmel parti mid-Drittijiet tal-Bniedem li jgawdi kull individwu

L-ugwaljanza bejn is-sess titnissel mit-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja.

L-istess bħad-drittijiet kollha tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha titħares u titħeġġeġ.

X’inhi l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-integrazzjoni tal-prinċpju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi hija l-proċess li bih tiddaħħal il-perspettiva tas-sessi fl-attivitajiet kollha mnedija. 

L-għan aħħari ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa li tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

Għaliex bħala dak li nħaddem/direttur, għandi ndaħħal l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

  • L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tinvolvi kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel filwaqt li tutilizza b’mod sħiħ ir-rizorsi umani.

L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tirrispetta kemm l-irġiel kif ukoll lin-nisa.  Bis-saħħa ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet għax-xoghol u b’hekk tintuza l-firxa sħiħa ta’ riżorsi umani eżistenti.

  • L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sess twassal biex ikun hemm tmexxija aħjar.

Bis-saħħa ta’ l-introduzzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, ikunu jistgħu jitfasslu policies imsejsa fuq il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi li fih innifsu jara li dawn il-policies organizzattivi ma jaffettwawx ħazin lil xi wieħed miż-żewg sessi.   Għaldaqstant, l-integrazzjoni tal-prinċpju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi twassal biex ikun hemm tmexxija aħjar.

  • L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tqis id-diversità li tezisti bejn in-nisa u l-irgiel.

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

L-irġiel u n-nisa m’humiex xi grupp omoġenju, imma jvarjaw f’aspetti varji.  Sabiex din id-diversità tingħata l-attenzjoni mistħoqqa, il-policies u l-istrumenti li bihom jitfasslu l-policies għandhom iqisu din id-diversità.  L-integrazzjoni tal-prinċpju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi kapaci tolqot aħjar is-sitwazzjoni partikulari ta’ gruppi differenti ta’ rġiel u nisa minhabba li din tħalli l-wisa’ għad-diversità.

  • L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tippermetti li jitnisslu ideat u kuncetti godda.

Meta tinvolvi kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u fi ħdan il-gruppi ta’ riflessjoni, il-prodotti u s-servizzi pprovduti jkunu aktar sensittivi għall-htigijiet taz-zewg sessi.

  • Il-policies li jħaddnu l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi jwasslu biex ikun hemm aktar efficjenza.

B’hekk ma jispiċċawx jintilfu ħaddiema mħarrga u dan minħabba l-arranġamenti li jsiru fuq il-post tax-xogħol, bħalma huma t-tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol u t-telework.  B'dan il-mod jinzammu dawk il-ħaddiema siewja.

  • L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi tixhed il-pass ’il quddiem li jrid isir.

L-isfida li qed ikollna nħabbtu wiccna magħha llum hija li jirnexxilna nħajru mis-suq tar-rizorsi umani dawk l-individwi bl-akbar hiliet.  Għaldaqstant, huwa meħtieg li nipprovdu policies u opportunitajiet ta’ taħrig li huma sensittivi għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi. L-integrazzjoni tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi tieħu ħsieb il-ħtiġijiet li għandu kull wieħed minna.

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

L-Integrazzjoni tal-Prinċipju ta’ l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Prattika

  • Kulmin iħaddem għandu jippjana u jagħzel bi prijorità liema policies għandhom jiddaħħlu għall-bidu.  Kulmin iħaddem għandu jirrevedi processi partikulari ta’ xogħol, kif ukoll policies u attivitajiet specifici fi ħdan il-kumpanija.
  • Dawn li ġejjin huma passi sempliċi li jistgħu jittieħdu bil-għan li jitfassal pjan b’rizq l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.
    1. Identifika dik il-persuna jew dak il-grupp responsabbli mill-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.
    2. Ara li l-kunċett jinftiehem sew.
    3. Evalwa s-sitwazzjoni ta’ bħalissa, jiġifieri għarbel is-servizzi mogħtija, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol.
    4. Nizzel x’inhuma l-għanijiet li jridu jintlahqu kif ukoll ir-rizultati mixtieqa.
    5. Identifika liema għodda u metodi huma meħtiega għall-iżvilupp u t-twettiq tal-pjan tal-policy, inkluz il-ħtiega li jkunu edukati l-persuni involuti.
    6. Fassal sistema ta’ monitoragg.
    7. Fittex l-għajnuna u s-sapport mingħand il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (KNPU) jew mingħand għaqdiet oħrajn mhux governattivi midħla ta’ dawn il-kwistjonijiet

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

Fatturi Kritiċi għas-Suċċess:    

  1. Fassal pjan ta’ policy b’riżq l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.
  2. Agħzel inizjatur/mexxej li se jkun il-persuna li għandha r-responsabbiltà li tmexxi ’l quddiem l-integrazzjoni tal-principju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi. 
  3. Fassal pjan li jqis is-sitwazzjoni attwali.  L-aħħar stadju hu li jkun hemm monitoragg tar-rizultati.
  4. Hejji laqgħat spissi ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema u l-klijenti sabiex tkun tista’ tevalwa l-effetti ta’ din il-policy.  Dan kollu huwa meħtieg sabiex tkompli tibni fuq dan it-tagħlim u jissaħħaħ il-potenzjal tiegħu.
  5. Agħti taħrig introduttorju lill-ħaddiema l-ġodda sabiex tagħmilhom konxji tal-proċessi tax-xogħol, tal-policies u ta' l-attivitajiet fi ħdan il-kumpanija.

Jeħtieg li jibqa’ jsir segwitu ta’ kull policy li titfassal.  Għaldaqstant, hu neċessarju li jsir monitoragg biex jintlaħaq dan il-għan.  Wieħed għandu jiddeciedi b’liema mod ghandu jitwettaq dan il-monitoragg wara li jkun tnieda l-progett favur l-integrazzjoni tal-principju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.  Matul dan l-istadju jeħtieg li jkunu ccarati il-metodi, l-għodda u l-kriterji li bihom isir il-monitoraġġ tal-policies.

L-għan aħħari ta’ dan il-monitoraġġ huwa li jkun hemm titjieb kontinwu tal-kwalità tas-servizz li qed tagħti.  Il-monitoraġġ hu mill-aktar siewi sabiex tkompli tiżviluppa u tissaħħaħ il-kwalità ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ġabra ta' Informazzjoni Għall-Kumpaniji

Minn fejn nista’ nikseb għajnuna u informazzjoni?

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) twaqqfet f’Jannar 2004.  L-NCPE tipprovdi għajnuna u tagħrif lill-pubbliku inġenerali dwar kwistjonijiet marbuta ma’ miżuri favur il-familja.
Tipprovdi wkoll tagħrif dwar il-legizlazzjoni Maltija relatata ma’ l-ugwaljanza u kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, il-fastidju sesswali, l-impjiegi, ir-razza, l-edukazzjoni, il-ħlas indaqs għal xogħol ta’ l-istess valur, is-sehem tan-nisa fil-politika u fil-livelli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
 
Barra minn hekk, fl-istess bini ta’ l-NCPE wieħed isib Ċentru ta’ Riċerka u Dokumentazzjoni, li hu miftuħ għall-pubbliku. Din il-librerija tinkludi aktar minn 5,000 ktieb, ġurnal u artikli li jkopru letteraturi varji dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Dan il-fuljett huwa wieħed mill-prodotti mnedija bħala parti mill-proġett ESF/Nru.48 Insaħħu l-Integrazzjoni tal-Prinċipju ta’ l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fuq Livell Nazzjonali

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) għandha r-responsabbiltà ewlenija ta’ dan il-proġett.  Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fondi ta’ l-UE u mill-Gvern ta’ Malta.   L-għanijiet ta' dan il-proġett huma li:

  • Titrawwem l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet imnedija fi ħdan l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati kollha.
  • Titħeġġeġ kultura favur l-ugwaljanza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fuq livell nazzjonali;
  • Jitneħħa kull xkiel imnissel minn diskriminazzjoni u li jfixkel lin-nisa milli jiksbu impjieg

 

Project Part-Financed by the European Union
Malta Government