NCPE Logo Heading
Separator Homepage Separator About the Project Separator Publications Separator Contact Separator Maltese English Separator
 
X’inhi l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi tagħmel parti mid-Drittijiet tal-Bniedem li jgawdi kull individwu

X’inhi l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

Trattament Ġust fejn jidħol ix-Xogħol.

Reklamar Diskriminatorju.

Xogħol ta’ l-Istess Valur.

Fastidju Sesswali.

Parir u Għajnuna.

X’inhuma s-soluzzjonijiet li għandi?

It-Tribunal Industrijali.

 

Ġabra ta’ Informazzjoni Għad-Djar

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

X’inhi l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-ugwaljanza bejn is-sessi tirreferi għal dak l-istadju li fih id-drittijiet, ir-responsabbiltajiet u l-opportunitajiet m’humiex determinati mill-fatt jekk wieħed jitwelidx raġel jew mara.

L-ugwaljanza bejn is-sessi timplika li kulħadd ikollu aċċess indaqs għall-opportunitajiet irrispettivament mis-sess tal-persuna filwaqt li tiffoka fuq il-ħiliet ta' l-individwu. 

Filwaqt li s-sess ta’ raġel jew ta’ mara huwa determinat bijoloġikament, hija s-soċjetà li ssawwar ir-rwol tagħhom bħala raġel u mara. 

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi tagħmel parti mid-Drittijiet tal-Bniedem li jgawdi kull individwu

L-ugwaljanza bejn is-sess titnissel mit-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja.

L-istess bħad-drittijiet kollha tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi għandha titħares u titħeġġeġ.

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

X’inhi l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi?

L-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi hija l-proċess li biħ tiddaħħal il-perspettiva tas-sessi fl-attivitajiet kollha mnedija. 

L-għan aħħari ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa li tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Semgħek  fl-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi jinvolvi:

  • Li tkun sensittiv għall-ħtiġijiet taz-żewġ sessi.
  • Li tivvalorizza l-ħiliet ta’ l-individwu irrispettivament mis-sess tiegħu.
  • Li tara jekk hemmx policy favur l-ugwaljanza fuq il-lant tax-xogħol tiegħek.
  • Li tiehu sehem f’inizjattivi li jħeggu l-ugwaljanza bejn is-sessi.
Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

Trattament Gust fejn jidħol ix-Xogħol.

Id-Drittijiet tal-Ħaddiem

Hafna xogħlijiet jitqiesu tradizzjonalment bħala xogħol ta’ “l-irġiel” jew “tan-nisa”.  Madanakollu, l-irġiel u n-nisa għandhom drittijiet indaqs fejn jidħlu opportunitajiet ta’ xogħol u promozzjoni.

Qatt sofrejt minn diskriminazzjoni minħabba s-sess tiegħek? 

It-tweġiba hija iva jekk fuq il-post tax-xogħol tiegħek ma saritlekx intervista jew ma ngħatalekx xogħol jew promozzjoni, u dan taħseb li seħħ primarjament minħabba li:

  • Inti miżżewweġ jew qed tippjana li tiżżewweġ
  • Inti tqila
  • Ma rnexxilekx tissodisfa rekwizit relatat max-xogħol u li fih innifsu jqiegħed lil membri ta’ l-istess sess tiegħek fi żvantaġġ ovvju.

Id-diskriminazzjoni sesswali fejn jidħol ix-xogħol hija pprojbita u tikkonstitwixxi reat.  Id-diskriminazzjoni tistaf’ tkun kemm diretta kif ukoll indiretta. 

Id-diskriminazzjoni diretta sseħħ meta l-persuna tingħata trattament anqas favorevoli minħabba s-sess tagħha.  Dan jiġri ngħidu aħna meta l-irġiel u n-nisa jiġu ttrattati anqas favorevoli minħabba responsabbiltajiet marbuta mal-fatt li huma ġenituri jew li għandhom familja.

Id-diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta jingħata kwalunkwe trattament, imsejjes fuq xi dispożizzjoni , kriterju jew prattika li jqiegħed membri ta’ sess minnhom fi żvantaġġ partikulari.  Dan narawh ngħidu aħna meta jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ wara nofs in-nhar jew filgħaxija.  Dan iwassal għal diskriminazzjoni indiretta minħabba li kulmin ikun qed jieħu ħsieb ħaddieħor, u li fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu nisa, ma jkunx jista’ jattendihom.

F’kazijiet bħal dawn, id-diskriminazzjoni indiretta tista’ ssir mingħajr ma jkun hemm fil-fatt l-intenzjoni li din isseħħ, imma madanakollu, din xorta twassal għal diskriminazzjoni.

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

Reklamar Diskriminatorju

Kemm ir-reklami ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, kif ukoll tul il-proċess ta’ reklutaġġ, l-impjieg offrut għandu jkun disponibbli kemm għall-irġiel u anke għan-nisa u wieħed m’għandux jittratta b’mod inġust lil ebda applikant jew klassi ta’ applikanti għal dak l-impjieg.  Reklam li jisħaq il-ħtieġa ta’ receptionist mara huwa illegali.

Dan ma jgħoddx f’dawk il-każijiet fejn min iħaddem jagħti prova li l-impjieg marbut mas-sitwazzjoni rreklamata jista' jitwettaq biss minn persuna ta’ sess speċfiku - dan, madanakollu, jitqies eċċezzjoni u li hi wkoll applikata bl-aktar mod ristrett.  Ngħidu aħna, meta jkun irreklamat impjieg vakanti għal attur raġel u dan għaliex dik il-parti trid tinħadem minn raġel.

Barra minn hekk, wieħed ma jistax jippubblika jew juri reklam jew jirreklama impjieg vakanti li jiddiskrimina bejn dawk li qed ifittxu x-xogħol jew li jitlob minn dawk li qed ifittxu x-xogħol kwalunkwe informazzjoni marbuta mal-ħajja privata jew mal-pjanijiet familjari tagħhom.

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

Xogħol ta’ l-Istess Valur

Ħaddiema fl-istess livell ta’ impjieg għandhom dritt għall-istess rata ta’ ħlas meta qed jagħmlu xogħol ta' l-istess valur.  Ngħidu aħna perit mara u perit raġel li qed jagħmlu eżatt l-istess xogħol u li d-deskrizzjoni ta’ xogħolhom hi l-istess, għandhom jitħallsu ndaqs.

Jekk l-individwu jista' juri li x-xogħol li qed jagħmel għandu l-istess valur ta’ xogħol li qed jagħmel ħaddieħor, imma li l-ħlas mogħti hu anqas favorevoli, allura hija f'idejn min iħaddem li juri li l-varjazzjoni li teżisti hija purament minħabba differenza materjali u li m’hijiex id-differenza sesswali.

Ġabra ta' Informazzjoni Għad-Djar

Fastidju Sesswali

Il-Fastidju Sesswali huwa kwalunkwe imġieba mhux mixtieqa ta’ natura sesswali.  Kwalunkwe imġieba minn dawn li ġejjin tista’ twassal għal fastidju sesswali:

  1. Li tgħaddi rimarki indiċenti jew suġġestivi fuq il-lant tax-xogħol
  2. Li turi pornografija fuq il-lant tax-xogħol
  3. Li tiċċirkola (ngħidu aħna permezz ta’ email) kwalunkwe kliem mitkub, stampi jew materjal ieħor, meta l-att, il-kliem jew l-imġiba m’humiex mixtieqa mill-persuni li qed jirċievuhom
  4. Li tmiss b’mod li ma jixraqx
  5. Li ssaqsi jew tikkummenta dwar il-ħajja sesswali ta' dak li jkun
  6. Li titlob favuri sesswali
  7. Li toħloq intimidazzjoni, ostilità jew umiljazzjoni fuq il-lant tax-xogħol minħabba kwalunkwe mġieba mhux mixtieqa ta’ natura sesswali.

Fastidju fit-tul jista’ jwassal għal problemi serji ta’ saħħa, fosthom id-dipressjoni.  Taċċettax din it-tip ta’ mġieba. 

Kwalunkwe persuna misjuba ħatja ta’ fastidju sesswali, hekk kif tinstab ħatja tista’ teħel multa li ma taqbizx l-€2,329.37 (Lm1,000) jew prigunerija għal perjodu li ma jaqbizx is-6 xhur, jew inkella teħel kemm il-multa u l-prigunerija.

Parir u Għajnuna

Suggerimenti dwar x’tip ta’ azzjoni tista’ tittieħed minn impjegat li sofra fastidju:

  • Ordna lil min qed jagħtik fastidju sabiex jieqaf, jew inkella
  • Fittex parir mingħand il-maniġer jew mingħand persuna li tafda, jew inkella
  • Irreferi l-kwistjoni lit-trade union, jew inkella
  • Għaddi l-ilment lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza jew inkella
  • Irreferi l-kaz għand it-Tribunal Industrijali.

Suggerimenti dwar x’tip ta’ azzjoni tista’ tittieħed minn min iħaddem:

  • Fassal policy dwar il-fastidju sesswali fuq il-lant tax-xogħol.
  • Ipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ lill-impjegati f'kull livell.
  • Tħallix li jsir fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.
  • Iddiskuti l-kwistjoni mal-partijiet.
  • Kellem lil min qed jagħti l-fastidju sesswali dwar l-imġieba tiegħu/tagħha.
  • Ara li l-vittma ma tbatix minn riperkussjonijiet negattivi minħabba li tkun irrappurtat il-fastidju sesswali (vittimizzazzjoni).
  • Itlob parir mingħand il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza.

Kull min iħaddem għandu d-dmir li jħares lill-impjegati tiegħu minn kull fastidju sesswali.

X’inhuma s-soluzzjonijiet li għandi?

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) twaqqfet f’Jannar 2004.  L-NCPE tipprovdi għajnuna u tagħrif lill-pubbliku ingenerali dwar kwistjonijiet marbuta ma’ l-ugwaljanza.

Tipprovdi wkoll tagħrif dwar il-leġizlazzjoni Maltija relatata ma’ l-ugwaljanza u kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, il-fastidju sesswali, l-impjiegi, ir-razza, l-edukazzjoni, il-ħlas indaqs għal xogħol ta’ l-istess valur, is-sehem tan-nisa fil-politika u fil-livelli fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Il-Kummissjoni taħdem biex tara li s-socjetà Maltija tkun socjetà ħielsa minn kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha u dan fejn ghandhom x’jaqsmu opportunitajiet, servizzi u beneficcji.

Il-Kummissjoni għandha wkoll il-poter li tinvestiga ilmenti dwar diskriminazzjoni fil-provvista ta’ oġġetti u servizzi minħabba razza jew oriġini etnika. Kulħadd jista’ jibda proċeduri ma’ l-NCPE sabiex jingħata rimedju kemm-il darba jemmen li sofra diskriminazzjoni minħabba dawn ir-raġunijiet fl-oqsma li ġejjin:
(a) il-ħarsien soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa;
(b) l-iżvantaġġi soċjali;
(c) l-edukazzjoni;
(d) l-aċċess għal u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inklużi d-djar;
(e) l-access għal kull servizz ieħor skond ma jigi msemmi bil-ligi għall-finijiet ta’ dan ir-regolament.

Kulmin jemmen li kien vittma ta’ diskriminazzjoni sesswali jista’ jressaq l-ilment tiegħu quddiem l-NCPE billi jniżżel u jimla l-formola li hemm fis-sit elettroniku www.equality.gov.mt

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) tista’ tagixxi malli tirċievi ilmenti individwali magħmulin bil-kitba, jew jekk ikollha xhieda ta’ diskriminazzjoni ta’ natura ġenerali, tkun tista’ tibda l-istħarrig meħtieg.  L-NCPE tara li kull kaz li jitressaq għall-investigazzjoni jkun mistħarreġ b’mod kunfidenżali.  Kwalunkwe ilment jingħata għarfien bil-kitba fi zmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn mindu dan jasal fl-uffiċċju ta’ l-NCPE.  Tista’ tinkiseb informazzjoni wkoll permezz tat-telefon.

Wieħed jista’ jressaq quddiem il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sessi, mar-responsabbiltajiet familjari u ma’ kwistjonijiet razzjali.  Kwistjonijiet relatati mar-razza u l-impjiegi għandhom jitressqu quddiem id-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali jew quddiem it-Tribunal Industrijali.

It-Tribunal Industrijali

It-Tribunal Industrijali jisma’ ilmenti dwar kwistjonijiet marbutin ma’ impjiegi.  It-Tribunal Industrijali jista’ jikkunsidra u jiddeċiedi dwar il-każjiet kollha marbutin ma’ tkeċċcija inġusta u l-każijiet kollha relatati ma’:

  • fastidju sesswali
  • kuntratti ta’ xogħol;
  • kundizzjonijiet ta’ xogħol bħalma huma l-ħinijiet tax-xogħol u s-saħra;
  • pagi u tipi oħrajn ta’ ħlasijiet;
  • zidiet għall-għoli tal-ħajja;
  • saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • leave tal-maternità, leave tal-genituri u leave urgenti minħbba ragunijiet familjari;
  • diskriminazzjoni u ugwaljanza bejn is-sessi; drittijiet ta’ l-impjegati għal informazzjoni minima.

It-Tribunal Industrijali għandu jisma’ l-ilment u jagħmel l-istħarrig meħtieg.

Dan il-fuljett huwa wieħed mill-prodotti mnedija bħala parti mill-proġett FSE/Nru.48 Insaħħu l-Integrazzjoni tal-Prinċipju ta’ l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fuq Livell Nazzjonali

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) għandha r-responsabbiltà ewlenija ta’ dan il-proġett.  Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fondi ta’ l-UE u mill-Gvern ta’ Malta.   L-għanijiet ta' dan il-proġett huma li:

  • Jiddaħħal il-prinċipju ta’ l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet imnedija fi ħdan l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati kollha.
  • Titħeġġeġ kultura favur l-ugwaljanza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fuq livell nazzjonali;
  • Jitneħħa kull xkiel imnissel minn diskriminazzjoni u li jfixkel lin-nisa milli jiksbu impjieg.

 

Project Part-Financed by the European Union
Malta Government